Jispiċċaw quddiem l-Awtorità tal-Konsumatur wara li wegħdu €10,000 f’rigal
Grupp ta’ żgħażagħ qed jisħqu li Bulletproof Culture biddlu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-ġurnata li suppost rebbħu lil xi ħadd u b’hekk l-ebda persuna ma ħadet ir-rigal wara sena ta’ inizzjattiva The…
L-entità Bulletproof Culture ġiet irrappurtata lill-Awtorità għad-Drittijiet tal-Konsumatur wara li għadd ta’ żgħażagħ ġew imwiegħda li jidħlu fiċ-ċans li jirbħu €10,000 iżda l-ebda persuna ma rebħet din il-kompetizzjoni.
Iż-żgħażagħ qed jilmentaw li wara li daħlu għal kompetizzjoni ta’ trasformazzjoni, l-ebda persuna, minn 40 li applikaw, ma rebħet il-proġett imsejjaħ Project 360.
Wieħed minn dawk li kkompetew, Omar Rababah saħaq li kien fost numru ta’ persuni li daħlu għal din il-kompetizzjoni fejn fil-bidu nett tagħha nħolqot WhatsApp chat biex jiġu gwidati x’għandhom jagħmlu matul din is-sena u fl-istess waqt tinħoloq komunità. Madanakollu, Rababah saħaq li din ic-chat ftit li xejn kienet attiva, apparti li f’sena ltaqgħu biss darba waħda.
Kif kellha tirbaħ persuna? Sempliċi, ġew imwiegħda li jsir vot pubbliku fuq il-paġna tagħhom.
Iżda, sena wara li bdiet din l-inizzjattiva, Bulletproof Culture għarfu lil dawk parteċpi li l-ebda persuna ma kienet ser tingħata l-premju għaliex ma kienx hemm biżżejjed parteċipazzjoni fil-grupp. Minflok, dawk li pparteċipaw kellhom jieħdu lura d-€19.90 fi flus li kienu ħalsu għall-parteċipazzjoni.
L-entità qed targumenta li peress li c-chat rari kienet qed tintuża mill-parteċipanti ma setgħux jiddeterminaw min verament għamel progress fit-trasformazzjoni tiegħu u b’hekk ma kellhomx għażla oħra ħlief li jirritornaw lura l-flus ta’ parteċipazzjoni.
Iż-żgħażagħ qed jisħqu li huma qatt ma ġew infurmati b’kundizzjonijiet fosthom li jridu joqgħodu jxandru l-progress tagħhom biex eventwalment jirbħu dan il-premju. B’differenza qed jisħqu li dan mhu xejn għajr attentat biex jiffrankaw milli joħorġu €10,000.
L-ilment mal-Awtorità qed isir fuq kwistjoni ta’ riklamar qarrieqi u falliment mill-entità Bulletproof li jonoraw l-obbligi taghhom. Dan meta skont iż-żgħażagħ inbiddlu l-kundizzjonijiet skont kif qabel lill-entità.
The post Jispiċċaw quddiem l-Awtorità tal-Konsumatur wara li wegħdu €10,000 f’rigal appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →