Josuel Grech jgħaddi għas-semi-finali ta’ kompetizzjoni internazzjonali ta’ Elvis fl-Awstralja
Entertainment 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 June 5, 2026 5:53 am

Josuel Grech jgħaddi għas-semi-finali ta’ kompetizzjoni internazzjonali ta’ Elvis fl-Awstralja

Magħruf għall-interpretazzjonijiet tiegħu tal-kanzunetti ta’ Elvis Presley, Grech ilu jirrappreżenta lil Malta f’diversi festivals u kompetizzjonijiet internazzjonali, fejn kiseb apprezzament kemm mill-ġuriji kif ukoll mis-segwaċi ta’ Elvis madwar id-dinja. The…

L-artist Malti Josuel Grech kompla jħalli l-marka tiegħu fuq ix-xena internazzjonali tal-Elvis tribute artists wara li għadda għas-semi-finali tal-Ultimate Elvis Tribute Artist Contest waqt il-festival rinomat Cooly Rocks On li qed isir f’Coolangatta, fuq il-Gold Coast tal-Awstralja.

Il-kompetizzjoni hija waħda mill-aktar prestiġjużi fid-dinja fost dawk iddedikati għall-wirt artistiku ta’ Elvis Presley u hija rikonoxxuta uffiċjalment minn Elvis Presley Enterprises. Il-kompetizzjoni tifforma parti minn wieħed mill-akbar festivals tar-rock ’n’ roll fl-Awstralja u jiġbor flimkien wħud mill-aqwa Elvis tribute artists minn diversi pajjiżi.

Il-wasla ta’ Grech għas-semi-finali hija kisba oħra importanti għal artist li fl-aħħar snin bena reputazzjoni soda fuq iċ-ċirkwit internazzjonali. Fl-2025 huwa rebaħ il-Parkes Ultimate Elvis Tribute Artist Contest fl-Awstralja, kompetizzjoni meqjusa fost l-aktar rispettati fil-qasam.

Magħruf għall-interpretazzjonijiet tiegħu tal-kanzunetti ta’ Elvis Presley, Grech ilu jirrappreżenta lil Malta f’diversi festivals u kompetizzjonijiet internazzjonali, fejn kiseb apprezzament kemm mill-ġuriji kif ukoll mis-segwaċi ta’ Elvis madwar id-dinja.

Fil-kompetizzjoni, il-kontestanti jiġu ġġudikati fuq diversi kriterji fosthom il-vuċi, il-preżenza fuq il-palk, l-istil u l-kwalità ġenerali tal-prestazzjoni tagħhom – kollha elementi li għandhom l-għan li jirriflettu l-wirt artistiku ta’ Elvis Presley.

Issa l-attenzjoni ddur fuq il-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni hekk kif Grech se jipprova javvanza aktar f’waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi fid-dinja tal-Elvis tribute artists, filwaqt li jkompli jirrappreżenta lil Malta fuq palk internazzjonali.

The post Josuel Grech jgħaddi għas-semi-finali ta’ kompetizzjoni internazzjonali ta’ Elvis fl-Awstralja appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →