“Kont ħija, parti mill-familja tiegħi”; Isellmu lil Sebastian Schembri li miet fil-Gudja
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 September 12, 2026 2:50 pm

“Kont ħija, parti mill-familja tiegħi”; Isellmu lil Sebastian Schembri li miet fil-Gudja

Sebastian Schembri ta’ 34 sena minn Bormla huwa r-raġel li tilef ħajtu wara li l-Ġimgħa filgħodu skidja bil-mutur u ħabat ma’ trakk fi Triq Ħal Far il-Gudja. The post “Kont…

Sebastian Schembri ta’ 34 sena minn Bormla huwa r-raġel li tilef ħajtu wara li l-Ġimgħa filgħodu skidja bil-mutur u ħabat ma’ trakk fi Triq Ħal Far il-Gudja.

It-trakk kien misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti ż-Żurrieq. Schembri ngħata l-għajnuna minn tim mediku, iżda kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Il-Maġistrat Monica Borg Galea kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Christian Aquilina fuq Facebook sellem il-memorja ta’ Sebastian u ddeskriveh bħala aktar minn sempliċi ħabib, iżda bħala ħuh u parti mill-familja tiegħu.

F’messaġġ emozzjonanti li kiteb fuq Facebook, Aquilina qal li għadu ma jistax jemmen li l-persuna li tant kienet qrib tiegħu m’għadhiex magħhom.

Huwa fakkar fil-memorji, id-daħk u l-konversazzjonijiet li qasmu flimkien, u qal li dawn se jibqgħu miegħu għal dejjem.

Aquilina rringrazzja lil ħabibu għall-appoġġ li dejjem tah, speċjalment fil-mumenti diffiċli, u għall-fatt li dejjem kien hemm biex jisimgħu u jdaħku. Huwa temm il-messaġġ tiegħu b’tislima emozzjonanti, fejn qal li minkejja li ħabibu telaq minn din id-dinja, qatt mhu se jitlaq minn qalbu.

The post “Kont ħija, parti mill-familja tiegħi”; Isellmu lil Sebastian Schembri li miet fil-Gudja appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →