Kunsilliera tal-PN jibbojkottjaw attività minħabba ċensura tal-Gvern
Il-kunsillieri lokali tal-Partit Nazzjonalista li huma parti mir-Reġjun tal-Port ikkritikaw l-aġir tal-Gvern fil-konfront tax-Shadow Minister għall-Gvern Lokali Bernice Bonello. The post Kunsilliera tal-PN jibbojkottjaw attività minħabba ċensura tal-Gvern appeared first…
Il-kunsillieri lokali tal-Partit Nazzjonalista li huma parti mir-Reġjun tal-Port ikkritikaw l-aġir tal-Gvern fil-konfront tax-Shadow Minister għall-Gvern Lokali Bernice Bonello, tant li fiċ-ċirkustanzi, il-kunsillieri tal-PN tar-Reġjun Port iddeċidew li jibbojkottjaw l-attività li se ssir iktar tard llum.
Dan hekk kif dalgħodu tħabbar li fil-ġranet li għaddew il-Gvern ordna li waqt il-ftuħ tas-Sena Kulturali tar-Reġjun Port, il-kelliema tal-Oppożizzjoni għall-kunsilli lokali titneħħa mill-programm tal-ftuħ.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li dan l-aġir joħloq kuntrast kbir ma’ dak li kien jiġri fi żmien Gvern Nazzjonalista – “F’kull attività tal-kunsilli lokali, l-Oppożizzjoni Laburista ta’ dak iż-żmien kienet dejjem tiġi mistiedna mill-Gvern Nazzjonalista biex tkun parti minn kull ċerimonja f’dan il-qasam”.
Il-PN kompla jgħid li jidher li l-Partit Laburista “għadu ma fehemx” li l-kunsilli lokali mhumiex xi dipartiment tal-Gvern li jista’ jikkontrolla kif irid, iżda huma gvernijiet lokali li jgawdu awtonomija hekk kif stipulat fil-liġi li tirregola l-kunsilli lokali.
Filwaqt li l-PN sejjaħ dan bħala “ċensura mill-Gvern fuq l-Oppożizzjoni Nazzjonalista”, qal li ebda aġir bħal dan mhu se jaqta’ qalb il-kunsillieri Nazzjonalisti milli jkomplu jaħdmu favur ir-residenti tagħhom.
Il-kunsillieri lokali Nazzjonalisti li jiffurmaw parti mir-Reġjun Port urew solidarjetà max-Shadow Minister għall-Gvern Lokali Bernice Bonello, filwaqt li awguraw kull suċċess lir-Reġjun Port għal din is-sena fl-attivitajiet kulturali li se jkunu organizzati.
L-istqarrija ġiet iffirmata mir-rappreżentanti distrettwali għall-Ewwel, it-Tieni, u r-Raba’ Distrett Roberta Bonello Felice, Leone Sciberras, u Mark Lombardo rispettivament.
The post Kunsilliera tal-PN jibbojkottjaw attività minħabba ċensura tal-Gvern appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →