L-ixkafef tal-Lidl mill-ġdid mimlija hekk kif is-servizz jirritorna għan-normal
Business 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 January 13, 2026 2:37 pm

L-ixkafef tal-Lidl mill-ġdid mimlija hekk kif is-servizz jirritorna għan-normal

Il-katina ta’ supermarkets Lidl Malta qalet li l-ixkafef tal-ħwienet tagħha jinsabu mill-ġdid mimlija. Dan hekk kif id-deliveries ta’ ikel u prodottu marru lura għan-normal. The post L-ixkafef tal-Lidl mill-ġdid mimlija…

Il-katina ta’ supermarkets Lidl Malta qalet li l-ixkafef tal-ħwienet tagħha jinsabu mill-ġdid mimlija. Dan hekk kif id-deliveries ta’ ikel u prodottu marru lura għan-normal.

It-Tnejn filgħodu, il-ħwienet ta’ Lidl u Eurospin kellhom xkafef vojta, partikolarment dawk tal-frott u l-ħxejjex u tal-prodotti tal-laħam.

Iż-żewġ kumpanija jiddependu fuq il-katamaran ta’ bejn Malta u Sqallija biex jimpurtaw il-prodotti tagħhom. Is-servizz kien ġie temporanjament sospiż minħabba l-maltemp.

F’kumment fuq il-midja soċjali Lidl Malta qal li wara waqfa temporanja fil-kunsinna ta’ prodotti minħabba l-maltemp, kollox jinsab lura għan-normal. Il-kumpanija rringrazzjat lill-kljenti tagħha tal-paċenzja.

Sadattant, mistoqsijiet mibgħuta lil Eurospin għadhom mhux imwieġba.

The post L-ixkafef tal-Lidl mill-ġdid mimlija hekk kif is-servizz jirritorna għan-normal appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →