“Ma ninsiek qatt!”: it-tema għall-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 February 12, 2026 5:30 pm

“Ma ninsiek qatt!”: it-tema għall-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani

Id-Dekasteru għal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja ħabbar li l-Papa Ljun XIV għażel il-frażi “Ma ninsiek qatt” għas-sitt edizzjoni tal-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani The post “Ma ninsiek qatt!”: it-tema għall-Jum Dinji…

Id-Dekasteru għal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja ħabbar li l-Papa Ljun XIV għażel il-frażi “Ma ninsiek qatt” għas-sitt edizzjoni tal-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani.

Dan il-jum kien twaqqaf mill-Papa Franġisku fl-2021 u baqa’ jiġi ċċelebrat kull sena fir-raba’ Ħadd ta’ Lulju, proprju fil-jum li f’Malta niċċelebraw il-festa titulari ta’ Sant’Anna f’Marsaskala.

Din is-sena, il-Jum Dinji se jkun qed jiġi ċċelebrat proprju fil-festa liturġika ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin nhar is-26 ta’ Lulju 2026. Għaldaqstant, il-Papa Ljun stieden lil kulħadd sabiex jiċċelebra din il-ġurnata b’quddiesa fil-katidral ta’ kull djoċesi.

Il-vers magħżul mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija kapitlu 49, vers 15 jagħti sens ta’ faraġ u tama għan-nanniet u l-anzjani kollha partikolarment dawk li jgħixu fis-solitudni jew iħossuhom minsijin. Fl-istess waqt, ifakkar lill-familji u l-komunitajiet ekkleżjali sabiex qatt ma jinsew lin-nies venerabbli tas-soċjetà, u jagħrfu fihom preżenzja prezzjuża u ta’ barka.

L-għażla tal-Papa Ljun turi kemm l-imħabba ta’ Alla għal kull persuna qatt ma tonqos, lanqas fil-fraġilità tax-xjuħija.

Id-Dekasteru ħeġġeġ lill-Insara kollha madwar id-dinja sabiex isibu modi kif jippromwovu u jiċċelebraw dan il-jum fil-kuntest lokali tagħhom. Għal dan l-iskop, se jiġu pprovduti riżorsi pastorali speċifiċi.

The post “Ma ninsiek qatt!”: it-tema għall-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →