Malta tmur lura fl-edukazzjoni
L-akbar tnaqqis kien fil-qari, bi 30 punt inqas meta mqabbel mal-2022. The post Malta tmur lura fl-edukazzjoni appeared first on Newsbook.
Malta tmur lura fl-edukazzjoni, hekk kif l-aħħar riżultati tal-PISA juru tnaqqis fil-prestazzjoni tal-istudenti Maltin fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza, b’riżultati taħt il-medja tal-OECD.
Fl-eżamijiet tal-2025, li fihom ħadu sehem 3,680 student ta’ 15-il sena minn 46 skola, Malta kisbet 439 punt fil-matematika, 453 fix-xjenza u 415 fil-qari.
L-akbar tnaqqis kien fil-qari, bi 30 punt inqas meta mqabbel mal-2022.
Ir-rapport sab ukoll li 91% tal-istudenti Maltin jużaw chatbots tal-intelliġenza artifiċjali, bħal ChatGPT u Gemini. Aktar minn nofshom, 56%, qalu li jużawhom mill-inqas darba fil-ġimgħa biex jgħinuhom fit-tagħlim.
Intant, 23% tal-istudenti qalu li esperjenzaw bullying, fl-istess rapport ħareġ ukoll li l-appoġġ mill-familja naqas b’mod sostanzjali.
Fl-2025, 66% tal-istudenti qalu li l-ġenituri jew il-kustodji tagħhom jistaqsuhom mill-inqas darba fil-ġimgħa dwar dak li għamlu l-iskola, meta mqabbel ma’ 73% fl-2022.
The post Malta tmur lura fl-edukazzjoni appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →