“Nikkritikaw persuna u ninsew insemmu l-pożittiv tagħha” – Fr Aaron Zahra
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 February 9, 2026 6:00 am

“Nikkritikaw persuna u ninsew insemmu l-pożittiv tagħha” – Fr Aaron Zahra

Fr Aaron Zahra tkellem waqt The Handbook fuq RTK103. The post “Nikkritikaw persuna u ninsew insemmu l-pożittiv tagħha” – Fr Aaron Zahra appeared first on Newsbook.

Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Aaron Zahra qal li ħafna drabi meta nitkellmu fuq persuni oħra nispiċċaw biss nikkritikawhom u nsemmu n-nuqqasijiet tagħhom filwaqt li ninsew nibdew bil-pożittiv li għandhom.

Il-mistednin ta’ The Handbook għal din il-ġimgħa huma Fr Aaron Zahra u Elisa Cassar. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mark – Mk 6, 53-56
Ġesù u d-dixxipli, wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu.

The post “Nikkritikaw persuna u ninsew insemmu l-pożittiv tagħha” – Fr Aaron Zahra appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →