Raġel iweġġa’ gravi f’każ ta’ hit-and-run f’Bormla
General 🇲🇹 Malti 📰 Newsbook 🕒 August 9, 2026 3:13 pm

Raġel iweġġa’ gravi f’każ ta’ hit-and-run f’Bormla

Raġel ta’ 49 sena minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi dalgħodu meta ntlaqat minn karozza f’Bormla. Is-sewwieq ħarab mill-post u ġie arrestat iktar tard. The post Raġel iweġġa’ gravi…

Raġel ta’ 49 sena minn San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi dalgħodu meta ntlaqat minn karozza f’Bormla. Is-sewwieq ħarab mill-post u ġie arrestat iktar tard.

Il-pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:30am ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Hanover, Bormla minħabba li kien hemm persuna li kellu xi ġrieħi.

Immedjatament il-Pulizija marru fuq il-post u rrizulta li l-vittma kien intlaqat minn karozza, bix-xufier jaħrab bil-vettura minn fuq il-post.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet tal-pulizija wasslu sabiex ftit tal-ħin wara nstabet l-karozza involuta fi Triq San Ġorġ f’Bormla u jiġi arrestat l-allegat xufier, raġel ta’ 37 sena residenti Bormla stess.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilita d-dinamika tal-każ.

The post Raġel iweġġa’ gravi f’każ ta’ hit-and-run f’Bormla appeared first on Newsbook.

Read the full article at the original source

Visit Newsbook →