Tal-inqas 6 mejta fi sparatura fil-kapitali Ukrena
Tal-inqas ħames persuni nqatlu fil-kapitali Ukrena Kyiv hekk kif raġel fetaħ in-nar ġewwa supermarket. The post Tal-inqas 6 mejta fi sparatura fil-kapitali Ukrena appeared first on Newsbook.
Tal-inqas sitt persuni nqatlu fil-kapitali Ukrena Kyiv hekk kif raġel fetaħ in-nar fit-triq u ġewwa supermarket.
Il-ministru tal-intern Ihor Klymenko qal li l-aggressur inqatel mill-pulizija fi sparatura.
Il-president Ukren Volodymyr Zelensky qal li bħalissa għaddejja investigazzjoni u li tal-inqas ħmistax il-persuni ntlaqtu minn tiri ta’ arma tan-nar. Qal ukoll li kienu ġew salvati erba’ ostaġġi.
Filmati wrew kif l-aggressur beda jispara fuq in-nies fit-triq qabel ma daħal ġo supermarket u żamm numru ta’ ostaġġi. Hu mifhum li tal-inqas erba’ persuni nqatlu fit-triq u persuna oħra nqatlet fil-ħanut. Persuna oħra – mara ta’ 30 sena – mietet fl-isptar.
L-attakk seħħ fid-distrett ta’ Holosiivskyi.
L-aggressur ġie identifikat bħala raġel ta’ 58 sena li oriġinarjament huwa minn Moska fir-Russja.
Fl-istess ħin li beda l-attakk, qabdu nirien fl-appartament fejn kien jgħix ir-raġel.
Hu ġie maqtul fis-supermarket minn forzi speċjali tal-pulizija.
The post Tal-inqas 6 mejta fi sparatura fil-kapitali Ukrena appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →