Tinżamm ħajja t-tradizzjoni: Id-Dimostrazzjoni tal-Bambin fit-toroq Maltin
Filmati miġbuda minn Chris Bonello juru t-toroq jieħdu l-ħajja bis-sehem ta’ baned lokali, scouts u girl guides The post Tinżamm ħajja t-tradizzjoni: Id-Dimostrazzjoni tal-Bambin fit-toroq Maltin appeared first on Newsbook.
F’Lejlet il-Milied, fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex ilbieraħ ħarġet il-purċissjoni tal-Milied bl-istatwa ta’ Ġesù Bambin fil-maxtura li tiġi organizzata ta’ kull sena mis-soċjetà MUSEUMINA. F’dawn id-dimostrazzjonijiet jieħdu sehem il-baned tal-lokal, l-Iscouts u anke l-Girl Guides.
L-ewwel purċissjoni tal-Milied bl-istatwa tal-Bambin fil-maxtura saret fl-1920 u saret fuq inizjattiva ta’ San Ġorġ Preca u ħarġet mill-Knisja tal-Madonna tas-Samra fil-Ħamrun – il-lokalità fejn kien joqgħod l-istess San Ġorġ Preca.
Il-festa tal-Milied, San Ġorġ Preca minn kmieni ried jagħtiha importanza fis-Soċjetà tiegħu. Ried li l-membri jagħmlu b’għożża kbira n-Novena li “tagħraf b’awtur tagħha lil San Gejtanu Thiene protettur tagħna.” U jżid jgħid dwarha li “hemm imwiegħed li min jagħmilha bi kwalunkwè mod, Alla l-Missier ikabbarlu lil dan id-don prezzjuż tal-Fidi, li hija l-kawża ta’ kull vittorja fuq l-għedewwa kollha tagħna spiritwali.”
Għal matul in-novena riedhom jaqraw ktejjeb miktub minnu L-Iskola ta’ Betlem li mhux ħlief tagħlim miġbud mill-meditazzjoni fuq Ġesù Tarbija.
Użanza ftit u xejn kurjuża fl-ewwel snin tas-Soċjetà hi marbuta ma’ din id-Dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin. Kien hemm żmien meta din id-dimostrazzjoni San Ġorġ riedha ssir fil-Qasam kull 25 tax-xahar, bil-kant tal-Adeste Fideles. Din id-drawwa tidher oriġinali ħafna.
Maż-żmien, id-dimostrazzjoni ta’ kull xahar fil-Qasam spiċċat, u flokha San Ġorġ daħħal il-“Kult Verbum Dei” biex jieħu post it-talba tas-6pm fl-Arloġġ Museumin kull 25 tax-xahar.
The post Tinżamm ħajja t-tradizzjoni: Id-Dimostrazzjoni tal-Bambin fit-toroq Maltin appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →