Vox Pop: Jinkwetawk l-inflazzjoni, is-saħħa pubblika u l-ambjent?
Iż-żgħażagħ dehru ħafna aktar konxji tal-impatt li jista’ jkollu t-tibdil fil-klima speċjalment fuq gżira bħal Malta. The post Vox Pop: Jinkwetawk l-inflazzjoni, is-saħħa pubblika u l-ambjent? appeared first on Newsbook.
L-inflazzjoni, is-saħħa pubblika u l-ambjent skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar f’Novembru li għadda huma l-aktar temi li qed jinkwetaw il-Maltin.
Newsbook Malta mar il-Belt Valletta biex jara n-nies x’jaħsbu dwar dan anke għal fatt li s-saħħa pubblika u l-ambjent kellhom żieda sinifikanti, ta’ disa’ punti perċentwali u tmien punti perċentwali rispettivament.
Dan is-sentiment inħass ukoll min-nies li ltqajna magħhom għaliex ħafna kkummentaw fuq l-għoli tal-prezzijiet tal-mediċina. Min-naħa l-oħra, kien hemm ukoll min qal li għandna nkunu grati għas-servizz tas-saħħa li hu eċċellenti u b’xejn meta ħaddiehor ikollu jħallas ħafna flus.
Dwar l-għoli tal-ħajja mhux il-pensjonanti kollha jaħsbuha bl-istess mod għaliex hemm min iħossu “sinjur żgħir” u hemm min qal, “ma tlaħħaqx mal-ħajja ta, il-kera, l-ikel, kollox jasal u kollox spejjeż”. Kien hemm min qal li l-għoli tal-ħajja hi kwistjoni dinjija u mhux lokali biss.
Iż-żgħażagħ dehru ħafna aktar konxji tal-impatt li jista’ jkollu t-tibdil fil-klima speċjalment fuq gżira bħal Malta.
Int x’taħseb dwar dan?
The post Vox Pop: Jinkwetawk l-inflazzjoni, is-saħħa pubblika u l-ambjent? appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →