Żewġ persuni jsofru minn ġrieħi f’żewġ inċidenti separati
L-inċidenti seħħew kwarta ‘l bogħod minn xulxin, wieħed is-Siġġiewi u l-ieħor Burmarrad The post Żewġ persuni jsofru minn ġrieħi f’żewġ inċidenti separati appeared first on Newsbook.
Raġel u mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku
aktar kmieni dagħlodu.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30am, fi Triq tal-Providenza s-Siġġiewi. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 50 sena minn Ħaż-Żabbar, tilfet il-kontroll tal-vettura u ħabtet f’ħajt. Fil-vettura magħha kien hemm ukoll mara ta’ 28 sena residenti Ħal Safi.

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45am, fi Triq Burmarrad, Burmarrad. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti s-Swieqi.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u x-xufier tal-mutur kif ukoll il-passiġġiera ta’ 28
sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
The post Żewġ persuni jsofru minn ġrieħi f’żewġ inċidenti separati appeared first on Newsbook.
Read the full article at the original source
Visit Newsbook →